L-Istati Uniti ordnat liċ-Ċina sabiex tagħlaq il-konsulat tagħha li għandha fi Houston fl-istat ta’ Texas sa nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-Gvern Ċiniż iddiskriva din il-mossa bħala provokazzjoni politika min-naħa tal-Istati Uniti.
Intant, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan qal li din id-deċiżjoni ttieħdet bil-għan li tiġi protetta l-propjetà intellettwali Amerikana. Madankollu, kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li din l-iskuża mhix iġġustifikata.
It-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ilhom jintensifikaw b’mod speċjali f’dawn l-aħħar ġimgħat; kemm minħabba l-pandemija kif ukoll dwar l-impożizzjoni li għamlet iċ-Ċina fuq Hong Kong b’rabta mal-liġi tas-sigurtà kontroversjali.