L-Istati Uniti rtirat kważi tnax-il elf truppi mill-Ġermanja. Din l-azzjoni ġiet deskritta bħala mossa strateġika sabiex jerġgħu jsibu l-pożizzjoni tal-forzi tagħhom fl-Ewropa.
Madwar sitt elef u erba’ mitt truppi intbagħtu lejn djarhom filwaqt li l-oħrajn tmexxew lejn il-pajjiżi tan-NATO bħall-Italja u l-Belġju.
Il-President Donald Trump qal li din il-mossa hija risposta għall-Ġermanja wara li din falliet milli tilħaq il-miri tan-NATO fejn tidħol in-nefqa fuq id-difiża.
Intant, fil-kungress din il-mossa attirat oppożizzjoni lejha hekk kif jemmnu li din jaf tagħti tama lir-Russja.