L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ordnat li t-tariffi tal-Istati Uniti imposti fuq merkanzija miċ-Ċina fl-2018, bil-għan li tinstiga gwerra kummerċjali, hija waħda inkonsistenti u tmur kontra r-regoli internazzjonali tal-Kummerċ.
L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qalet li l-fatt li l-Amerka ma pprovdietx evidenza li turi serq kummerċjali miċ-Ċina ma jiġġustifikax, l-azzjoni tal-Gvern Amerikan li jimponi taxxi oħra fuq prodotti Ċiniżi.
Il-Gvern Ċiniż laqa’ din id-deċiżjoni.
L_Amerka qalet li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kienet inadegwata fil-mod kif ikkonfrontat liċ-Ċina.