L-Amerka neħħiet il-projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ armi militari letali lill-Vietman.
Il-President Barack Obama ħabbar dan meta żar il-pajjiż komunist, xi darba għadu kbir tal-Amerka.
L-Istati Uniti qed jipprovaw itejbu r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tal-Paċifiku, fl-istess waqt li ċ-Ċina qiegħda tisħaq fuq dak li huwa t-territorju tagħha.
Madanakollu il-President Amerikan qal li t-tneħħija tal-embargo fuq armi lejn il-Vietman mhux relatat mal-politika Amerikana dwar iċ-Ċina.
Obama qal li din il-bidla se tiżgura li l-Vietnam ikollu aċċess għall-għodda neċessarja biex jiddefendi lilu nnifsu. Iżda l-bejgħ xorta se jkollu jilħaq rekwiżiti stretti, inkluż dawk reltati mad-drittijiet umani.