Fl-Amerka l-każijiet ikkonfermati ta’ persuni bil-Coronavirus qabeż issa l-245,000, filwaqt li n-numru ta’ imwiet issa tela’ għal 6,000.
Dan hekk kif kulma jmur din il-pandemija qed tkompli tħalli aktar vittmi u anke taffettwa lid-dinja anke ekonomikament.
F’dan il-pajjiż aktar minn sitt miljun persuni sfaw bla xogħol hekk kif diversi kumpaniji ġew milquta ħażin minn din il-pandemija.