Il-membri Repubblikani fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti ħabbru pjanijiet biex jintroduċu abozz ta’ sanzjonijiet kontra t-Turkija dwar l-attakki li qed iwettqu fis-Sirja.
Membru tal-Kungress, Liz Cheney, qalet li t-Turkija għandha taffaċċja konsegwenzi serji talli qed tattakka lill-Kurdi, li huma alleati tal-Istati Uniti. Il-President Amerikan, Donald Trump, qed jittama li dawn is-sanzjonijiet ikunu attentat b’saħħtu biex iwaqqaf il-kunflitt fis-Sirja.
Intant, il-kritiċi qed jgħidu li l-irtirar tat-truppi Amerikani miż-żona, effettivament ħalliet lit-Torok jipproċedu mingħajr problemi. Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, qal li jrid joħloq żona sigura fil-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja. Fruntiera li hija taħt il-kontroll tal-Forzi Kurdi. It-Turkija tqis lill-Kurdi terroristi għaliex jappoġjaw ir-ribeljoni anti-Torka.
Dan il-konflitt qed iqajjem biżgħat li twassal għal tmiem il-Kurdi u jerġa’ jisaħħaħ l-Istat Iżlamiku.