Attakk mill-ajru permezz ta’ drone mill-Amerikani pprevjena milli jseħħ attakk suwiċida ieħor fil-belt ta’ Kabul fl-Afganistan.
L-Amerikani sparaw fuq vettura li kienet qed iġġorr minn tal-inqas persuna waħda li hija assoċjata mal-grupp tal-Istat Iżlamiku.
Fil-midja ħareġ kif dan l-arrakk ħalla għaxar persuni mejta, inkluż sitt itfal Afgani.
Huma nqatlu waqt li kienu ġo darhom.
Sal-lum il-militar Amerikan għadu qed iwissi fuq possibilitajiet ta’ aktar attakki hekk kif għadhom għaddejjin l-evakwazzjonijiet fl-ajruport Afgan.
Madanakollu huwa saħaq li għadu komessi li fl-aħħar sigħat li baqa’ xorta se jibqgħu jevawkwa lin-nies.
Intant, madwar ħames rokits intbagħtu fuq il-kapitali Afgana, iżda ġew imwaqqfa qabel ma ġew sparati.
Il-midja internazzjonali rrappurtat li għadu mhux magħruf min spara dawn ir-rokits.