Żewġ ajruplani mimlija b’passiġġieri Amerikani li kienu qed jinżammu kwarantina fuq il-cruiseliner Diamond Princess, telqu mill-Ġappun.
Abbord il-cruiseliner kien hemm madwar erba’ mitt ċittadin Amerikan li kienu ilhom kwarantina mit-tlieta ta’ Frar minħabba l-coronavirus, u issa l-Gvern Amerikan qed jieħu ħsieb li dawn jirritornaw lura pajjiżhom.
Madwar erbgħin minnhom huma nfettati u se jingħataw il-kura fil-Ġappun.
Il-vapur inżamm fil-port wara li passiġġier minn Hong Kong li kien fuqu, beda juri s-sintomi tal-virus.
L-awtoritajiet Ġappuniżi qalu li n-numru ta’ każijiet ġodda fuq il-cruiseliner tela’ minn sebgħin, għal tliet mija u ħamsa u ħamsin.