Il-Militar Amerikan qal li qatlu wieħed mill-uffiċjali tal-grupp tal-Istat Iżlamiku permezz ta’ attakk mill-ajru bi drone fl-Lvant tal-Afganistan.
Il-membru tal-IS-K inqatel fil-Provinċja ta’ Nangahar.
Kien l-Istat Iżlamiku li ħa r-responsabilità tal-attakk li seħħ barra l-ajruport ta’ Kabul il-Ħamis li għadda, li s’issa jidher li ħalla 170 persuna mejta inkluż 13-il suldat Amerikan.
Waqt il-ħin tal-isplużjoni kien hemm eluf ta’ Afgani u truppi Amerikani u Ingliżi li kienu qed jevakwawa lin-nies, li riedu jaħarbu mill-ħakma tat-Talibani.
L-IS-K huwa l-aktar grupp vjolenti li hemm fl-Afganistan.