Illum, miljuni ta’ Amerikani se jkunu qed jivvotaw fl-elezzjonijiet magħrufa bħala mid-terms. F’din l-elezzjoni se jiġu eletti l-membri kollha tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Amerika, madwar terz tas-Senat u gvernaturi ta’ stati ewlenin.
Il-kapaċità li Biden jgħaddi liġijiet tista’ tkun imfixkla, f’każ li r-Repubblikani jieħu l-maġġorranza tal-Kamra. Qed jiġi indikat li hemm possibilità li fil-fatt, ir-Repubblikani jiksbu din il-maġġorranza. Id-Demokratiċi bħalissa għandhom il-kontroll marġinali taż-żewġt ikmamar tal-Kungress, jiġifieri l-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat.
Minkejja li din mhix elezzjoni presidenzjali, xorta waħda hija ta’ importaza u titqies bħala referendum dwar it-tmexxija tal-president attwali.
Il-President Amerikan Joe Biden, fl-aħħar żmien ra l-popolarità tiegħu mal-votanti tonqos kawża tal-ogħla rata ta’ inflazzjoni f’għexieren ta’ snin fost oħrajn.
Ritratt: Evan Cobb – The Washington Post