Il-President Amerikan Joe Biden wissa li attakk ieħor fuq l-ajruport ta’ Kabul huwa probabbilità kbira.
Filfatt membri tal-militar Amerikan infurmaw lill-President tagħhom li jista’ jkun hemm attakk il-Ħadd filgħodu.
Id-Dipartiment tal-istat Amerikan ħeġġeġ liċ-ċittadini Amerikani sabiex jevitaw iż-żona tal-ajruport minħabba din it-theddida speċifika u kredibbli.
Din l-aħbar tasal wara li l-Ħamis li għadda, seħħet bomba suwiċida li qatlet 170 persuna.
Liema reat ħadu r-responsabbilità tiegħu fergħa tal-Istat Iżlamiku u biex jirritaljaw, l-Istati Uniti qalu li qatlu żewġ membri ewlenin ta’ din il-fergħa.
Intant, Downing Street fl-Ingilterra kkonfermat li truppi Ingliżi, persuni diplomatiċi u uffiċjali oħra telqu minn Kabul.
Dan ifisser li wasal fit-tmiem l-involviment militari Ingliż li kien ilu fl-Afganistan għal dawn l-aħħar 20 sena.
Minn nofs Awwissu, truppi Ingliżi rnexxielhom jevakwaw 15,000 persuna.