L-Istqarrija tar-Russja li qed tmexxi t-truppi tagħha lil hinn mill-frunitera mal-Ukrajna hija falza.
Tenna dan uffiċjal għoli Amerikan, li żied jgħid li fl-aħħar jiem żdiedu mas-7,000 suldat ieħor mal-100,000 li kienu diġà rrapportati li jinsabu fil-fruntiera bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Jumejn ilu, ir-Russja qalet li bdiet tibgħat lura lis-suldati fil-bażi tagħhom wara li lestew eżerċizzji militari; madanakollu, uffiċjali minn numru ta’ pajjiżi tal-Punent, li qed isegwu s-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ma’ raw l-ebda evidenza ta’ dak li stqarret ir-Russja.
Saħqu dan ukoll il-President Amerikan Joe Biden u l-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz f’telefonata li kellhom ilbieraħ. Iż-żewġ mexxejja qablu li r-Russja trid tieħu passi konkreti biex turi li verament qed tirtira minn dak li hu maħsub bħala evażjoni fl-Ukrajna – ħsieb li s’issa r-Russja dejjem ċaħdet.