L-Amerika qalet li r-Russja qed tingħata appoġġ ta’ livell bla preċedent mill-Iran; fil-fatt, l-Amerika rat rapporti fejn iż-żewġ pajjiżi qed jikkunsidraw produzzjoni konġunta ta’ drones letali.
Intant, l-Awstralja ħabbret sanzjonijiet fuq tliet Iranjani fost oħrajna talli ssupplixxew id-drones lir-Russja biex tużahom kontra l-Ukrajna.
Il-kooperazzjoni bejn l-Iran u r-Russja ġiet aktar fid-deher dan l-aħħar, wara li l-Ukrajna akkużat lir-Russja li użat drones Iranjani fl-attakki tagħha.
Inizjalment, l-Iran ċaħad li bagħat drones lir-Russja, iżda aktar tard il-pajjiż tal-Lvant Nofsani ammetta li kien ipprovda xi drones qabel ma bdiet l-invażjoni fl-Ukrajna.
Ritratt: Getty Images