Evidenza tindika li l-Iran kien wara l-attakk fuq tanker Iżraeljan fl-Oman u li fih mietu żewġ persuni.
Dan ħareġ minn investigazzjoni forensika li saret mill-Militar tal-Istati Uniti. L-esperti tal-isplussiv ikkonkludew li l-armi li bihom twettqu l-attakki saru fl-Iran.
Ir-riżultati ta’ din l-investigazzjoni ingħataw lill-esperti fir-Renju Unit u l-Iżrael, u li huma wkoll qablu mal-eżitu tal-investigazzjoni.
Ir-Renju Unti, l-Amerika, l-Iżrael u r-Rumanija mill-ewwel ħarġu jakkużaw lill-Iran b’dan l-attakk, madanakollu l-Iran ċaħad kull involviment.