L-Istati Uniti huwa l-aktar pajjiż minn madwar id-dinja li rrapporta l-ogħla rata ta’ mwiet bil-Coronavirus, biex b’hekk qabżet lill-Italja. Skont l-aħħar data miġbura minn Università Amerikana, in-numru ta’ vittmi laħqu aktar minn 20,000 persuna.
Dan ġie rrapportat fl-istess jum li l-Istati Uniti saret l-ewwel nazzjon milqut mill-pandemija li rreġistra aktar minn 2,000 imwiet kawża tal-COVID-19 f’temp ta’ 24 siegħa.
Matul il-jum tas-Sibt, il-Gvernatur ta’ New York, l-aktar stat milqut mill-pandemija fl-Amerka, qal li ċ-ċifri ta’ mwiet fl-Istat jidher li huwa stabbli; dan filwaqt li ħabbar li n-numru ta’ mwiet matul fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 783, ċifra li bejn wieħed u ieħor ilha l-istess għal dawn l-aħħar jiem. Madanakollu, minkejja li n-numru ta’ mwiet huwa stabbli, huwa saħaq li n-numru huwa xorta allarmanti.
L-Amerika għandha madwar 520,000 persuna nfettata, bl-istat ta’ New York biss irreġistra 180,000. Madanakollu, huwa l-unika stat li ddikjara stat ta’ emerġenza b’rabta mat-tifqiegħa tal-Coronavirus.