Ir-Regolatur tal-Mediċini fl-Amerika approva t-tielet doża tal-vaċċin sabiex Amerikani meqjusa vulerabbli jerġgħu jitlaqqmu sabiex b’hekk jiġu evitati l-infezzjonijiet u l-mard.
Din l-ordni se tkun qed taffettwa madwar għaxar miljun persuna fl-Amerika li għandhom sistema imunitarja baxxa fosthom dawk li jirċievu trapjanti kif ukoll pazjenti tal-kanċer.
Ilbieraħ, il-Konsulent tal-President dwar il-COVID-19, Dr Anthony Fauci, tenna li l-booster huwa meħtieġ ferm għal dawk il-persuni vulnerabbli. Dr Fauci iżda tenna illi f’dan l-istadju ma jħossx li għandha tingħata t-tielet doża għall-kumplament tal-popolazzjoni.