Id-dipartiment tad-difiża Amerikan akkuża lill-President tar-Russja Vladimir Putin, li aġixxa immoralment fl-invażjoni tiegħu fl-Ukrajna.
Kelliem għall-Gvern Amerikan deher emozzjonat meta beda jitkellem dwar l-attroċitajiet imwettqa mir-Russja.
Ilbieraħ, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky reġa’ tenna li hu għadu disponibbli għal taħditiet ta’ paċi ma’ Putin. Fl-istess waqt, qal li hemm riskju li dawn jispiċċaw fix-xejn, riżultat tal-aggressjoni Russa.
Zelensky għamel din ir-rimarka wara li mijiet ta’ persuni ċivili nqatlu f’Bucha u Mariupol. Fil-fatt, nhar il-Ħamis li għadda, l-Ukrajna ħabbret li qed tfittex għaxar suldati Russi akkużati b’atti kriminali.