Il-Kungress Amerikan mistenni li jiffinanzja l-ħidma umanitarja li se tagħmel in-Nazzjoniiet Magħquda fl-Afganistan, madanakollu mhux se tkun qed tagħti finanzi diretti lill-Gvern ġdid imexxi mit-Taliban.
Il-Kap tan-Nazzjonijiet Magħquda, Antonio Guterres se jkun qed isejjaħ konferenza dwar għajnuna lill-Afganistan f’Ġinevra fit-13 ta’ Settembru.
L-Afganistan, anke qabel mat-Taliban ħadu l-kontroll tal-pajjiż, kien dipendenti ħafna fuq l-għajnuna finanzjarja, tant illi 40% tal-prodott domestiku gross tal-Afganistan ġej minn fondi barranin.
Huwa mifhum li l-Amerika, fl-aħħar għoxrin sena, nefqet mal-130 biljun dollaru għas-sigurtà, governanza u żvilupp kif ukoll għall-bżonnijiet umanitarji fl-Afganistan.