L-Amerika se tibgħat b’725 miljun dollaru f’armi u assistenza oħra lill-Ukrajna. Ħabbret dan il-White House.
S’issa l-Amerika bagħtet aktar minn 18-il biljun dollaru f’assistenza militari għall-Ukreni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken, qal li din l-għajnuna addizzjonali ssegwi l-attakki brutali tal-missili mir-Russja fuq persuni ċivili fl-Ukrajna.