L-Uffiċjal Għoli tal-Militar Amerika, qabbel it-test ta’ missila li tiġri aktar mill-veloċità tal-ħoss li allegatament wettqet iċ-Ċina, mal-mument li l-Unjoni Sovjetika varat satellita fis-snin 50 u li qanqlet il-Gwerra l-Bierda.
Il-Ġeneral Mark Milley nnota li l-militar Ċiniż qed javvanza b’mod mgħaġġel, filwaqt li dan it-test ta’ armi ta’ dan it-tip miċ-Ċina qajjem tħassib fost il-forzi Amerikani li qed iżommu l-attenzzjoni tagħhom fuq xi avvanzi oħra mill-militar Ċiniż.
Intant, iċ-Ċina ċaħdet kwalunkwe rapporti dwar testijiet tal-missili u qalet li dak li qed jiġi rraportat huwa biss vettura spazjali.