L-Amerika tinsab imħassba dwar it-tħabbira tal-Gvern Afgan ġdid li huwa magħmul kollu minn irġiel, b’uħud minnhom saħansitra huma marbuta ma’ attakki fuq il-forzi Amerikani.
It-Taliban mar lura minn kelmtu, għaliex sa ftit ilu kien qal li jrid Gvern inklussiv li fih ikun hemm rappreżentanza femminili.
Il-kabinett interim huwa mmexxi minn Mohammad Hassan, li jinsab fuq il-lista s-sewda tan-Nazzjonijiet Magħquda kif ukoll fil-kabinett sab postu persuna li huwa mfittex mill-FBI.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan tenna li qed jevalwa l-aħbar tal-Gvern ġdid li tħabbar ilbieraħ.