Infermiera Messikana hija l-ewwel persuna li tlaqqmet fl-Amerika Latina. Il-proċess ta’ tlaqqim fil-Messiku skatta l-Ħamis li għadda flimkien miċ-Ċili u Costa Rica.
Il-Messiku rċieva kunsinja ta’ madwar 3,000 doża tal-vaċċin Pfizer u BionNTech.
Dan il-pajjiż kellu wieħed mill-aktar rati ta’ mwiet fid-dinja segwit mill-Istati Uniti, il-Brażil u l-Indja.
L-Arġentina wkoll mistennija tibda’ l-proċess ta’ tlaqqim u għażlet l-vaċċin Russu Sputnik V bi 300 elf doża waslu iktar kmieni din il-Ġimgħa.