Kull turist li jrid imur l-Amerika irid ikun imlaqqam kompletament kontra l-COVID-19. Din hija waħda mill-miżuri fil-pjan li qed jinħadem biex l-Istati Uniti jerġa’ jiftaħ is-suq turistiku għall-persuni barra mill-Amerika.
Bħalissa, fl-Amerika l-ivvjaġġar għall-persuni barra mill-Istati Uniti huwa restritt, iżda l-Gvern Amerikan qed jippjana li jiftaħ mill-ġdid dan is-settur biex jagħti nifs lil din l-industrija tant importanti.