Mill-konklużjoni tal-ftehim ta’ Pariġi lil hawn, l-Istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea stabilixxew miri ġodda biex, b’mod ħolistiku, jaħdmu biex inaqqsu drastikament l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta’ serra.
L-Unjoni Ewropea għażlet li tuża ż-żmien tal-irkupru mill-pandemija bħala mod kif jintlaħqu miri ġodda ta’ dekarbonizazzjoni, f’dak magħruf bħala l-patt tal-Green Deal.
ONE News tkellem mal-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, li qal li minkejja li dawn il-pjanijiet għadhom maħsuba, preżentament tfaċċaw sfidi ġodda li qed ixekklu l-proċess.
Stqarr, “Evidentament il-gwerra tal-ukrajna ħarbtet il-vija kompletmanet. Kien hemm u għad hemm programm qawwi fuq l-ambjent, il-Green Deal maħsuba biex tilqa’ għat-tibdil tal-klima, li se tinvolvi bidliet kbar fil-liġijiet, finanzjarjamenti qawwija wkoll, investimenti qawwija wkoll.”
Fil-livell nazzjonali, il-Pjan ta’ Rkupru ta’ Malta fih 54 fil-mija tal-miżuri intiżi biex issir id-dekarbonizazzjoni, tant li qed jiġu implimentati sbatax-il proġett f’sitt oqsma, b’investiment ta’ tliet mija u ħamsa u erbgħin miljun ewro.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, sejħet dan il-pjan bħala l-iżjed wieħed ambjentali.
Stqarret, “And here the Maltese Plan is outstanding with 54% investment into the european green deal. It’s one if not the greenest recovery plan we have.”