Il-Ministru għall-ambjent José Herrera ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew għall-ambjent Miguel Arias Cañete. Laqgħa li matula spikka s-suġġet tat-tibdil fil-klima.
Herrera rrimarka li pajjiżna kien l-ewwel wieħed fost l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea li rrattifika t-trattat ta’ Pariġi. Qal li l-Unjoni Ewropea dejjem kienet minn ta’ quddiem f’dan is-settur u issa wasal iż-żmien li tikkonsolida billi jidħlu fis-seħħ direttivi b’rabta mal-ambjent.
Cañete qal li l-Presidenza Maltija ġejja f’mument kruċjali, fiż-żmien li l-Ewropa trid timplimenta l-politika tagħha dwar it-tibdil fil-klima.