Se tittella’ attività għall-familja kollha fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq nhar il-Ħadd 30 ta’ Marzu mit-8:30 ta’ filgħodu ’l quddiem.
L-attività, imsejħa ‘L-Ambjent fil-Pjazza’, se tara s-sehem tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.
Waqt li se jkun hemm logħob għat-tfal, mużika u divertiment, se tingħata wkoll informazzjoni dwar ħidmet il-Gvern fiż-żamma tal-indafa pubblika u l-ambjent ta’ madwarna u skemi li minnhom jistgħu jgawdu l-familji, bil-għan li l-amministrazzjoni tkun aktar viċin ir-residenti b’mod interattiv.