Tul il-jum tal-Ħamis, fil-Palazz tal-Gran Mastru l-Belt, l-Ambaxxaturi tat-Turkija, ir-Rumanija u s-Slovenja ppreżentaw l-Ittri ta’ Kredenzjali lill-President ta’ Malta, George Vella.
Il-President laqa’ lill-Ambaxxatur il-ġdid tat-Turkija, Erdeniz Sen, fejn tenna l-kondoljanzi u l-appoġġ tiegħu lill-poplu Tork wara t-terremot qawwi, li ħalla eluf ta’ ħajjiet.
Hawnhekk il-President fakkar fit-telefonata li kellu mal-President Recep Tayyip Erdogan, fejn il-President Tork esprima l-apprezament tiegħu għall-awtoritajiet u l-Maltin għall-għajnuna li taw lit-Turkija.
Il-President laqa’ wkoll l-ambaxxatriċi il-ġdida tar-Rumanija, Gabriela Dancau u l-ambaxxatur tas-Slovenja, Matjaž Longar.