Il-ħatra tal-Prim Minsitru ġdid għal-Libja setgħet kienet pass lura mill-organizazzjoni tal-elezzjoni ġenerali fil-Libja.
Elezzjoni li kienet mistennija minn bosta Libjani, li kienu qed jarawha bħala s-sors tat-trankwilità fil-pajjiż.
ONE News tkellem mal-Ambaxxatur Malti fil-Libja li spjega kif id-deċiżjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjani, għażlet li teleġġi Prim Ministru ġdid qabel l-elezzjonijiet.
“Għall-ewwel kien hemm daqxejn pressjoni biex l-elezzjonijiet isiru fi żmien qasir, pero kif dehru li ħa jitwalu, daħlu fin-nofs il-House of Representatives li hemm ġewwa Tubruk u dawk riedu li jibdlu l-Prim Ministru.”
Huwa spjega kif għalkemm mal-qrib it-tliet miljun Libjan diġà marru jiġbru l-vot tagħhom u għalhekk urew ix-xewqa li jivvutaw għal Gvern ġdid, l-Ambaxxatur stqarr kif issa din l-elezzjoni jidher li tinsab ftit ’il bogħod wara d-deċiżjoni tal-Kamra tar-Rapreżentanti.
“Dan meta ħatru l-Prim Ministru l-ġdid, l-LHOR kienu qalu li l-ewwel trid tgħaddi l-Kostituzzjoni u mbagħad erbatax-il xahar wara l-kostituzzjoni isiru l-elezzjonijiet. Dan jekk il-kostituzzjoni ser iddum perjodu ta’ xhur, allura imbagħad l-14 il-xahar ser jerġgħu jibdew minn dik il-ġurnata.”
Stqarr kif għalhekk issa l-poplu Libjan jinsab f’sitwazzjoni xi ftit jew wisq inċerta.
“Ġejna f’sitwazzjoni naqra antipatka li at the end of the day qed ibati l-poplu Libjan għaliex reġa’ ġie fi stat fejn dik il-hope li kellu li ser ikun hemm l-istabbilità din is-sena, reġa’ ġie kollox inċert.”
Huwa temm jispjega kif il-Gvern Malti huwa biss favur l-istabilità fil-Libja u lest li jaħdem ma kull min jingħata t-tmexxija tal-pajjiż.
Dan filwaqt li nnota kif il-Gvern qed jitkellem ma’ pajjiżi oħra u kull min b’xi mod jew ieħor qed itellef lil-Libja milli tikseb din l-istabilità.