L-Ambaxxatur tal-Iżrael għal Malta, Eyal Sela rrikonoxxa kif Malta qabżet lill-Iżrael fil-programm tat-tilqim kontra l-Covid-19.
Dan intqal waqt il-programm Realtà fuq l-istazzjon nazzjonali.
L-Ambaxxatur Iżraeljan feraħ lil Malta fuq dan u qal kif pajjiżna se jkun qed jiffirma ftehim mal-Iżrael li se jwassal biex it-turisti Iżraeljani jiġu f’pajjiżna, hekk kif iż-żewġ pajjiżi huma l-aktar imlaqqma fid-dinja.
Qal, “By the way, our two countries are leading, and I am very happy that even Malta passed Israel and Malta is the first in the world with the number of percentage of vaccinated people and will soon sign a Memorandum of Understanding that Israeli tourist can visit Malta. It’s a win-win situation.”
L-Ambaxxatur Iżraeljan qal kif ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Iżrael huma tajbin, hekk kif f’Malta hawn kumpaniji tal-FinTech u l-gaming.
Waqt dan il-programm, kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta, Fadi Hanania li bħal l-Ambaxxatur Iżraeljan qal li l-komunità internazzjonali hija importanti sabiex ikun hemm paċi f’dan ir-reġjun li bħalissa għaddej bit-taqbid.
L-Ambaxxatur Palestinjan semma kif pajjiżna dejjem ried il-paċi bejn iż-żewġ naħat fil-Lvant Nofsani.
Semma, “Malta for example has been very supportive of peace in the region. They have always referred their position of Malta as the two would sit down and to negotiate a two-state solution. Malta has offered many times to host a direct negotiation between Palestinian and Israelites.”