L-Ambaxxatur tar-Renju Unit għall-Istati Uniti, Sir Kim Darroch, għandu l-appoġġ sħiħ tal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, minkejja li l-President Amerikan Donald Trum tenna li mhux se jkompli jaħdem miegħu.
Il-President Amerikan tkellem wara li xi emails ġew vżelati juru li l-Ambaxxatur Ingliż kien iddiskriva l-Gvern Amerikan inkompetenti. F’serje ta’ Tweets, Trump ikkritika wkoll lil May li ħalliet ħerba fil-konfront ta’ Brexit.
Kelliem għal Downing Street qal li hija sfortuna li nħarġu l-emails. L-estratti mill-emails ma għandhomx jiriflettu fuq il-prossimità tar-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Huwa tenna li minkejja li May ma taqbilx ma dak li qal Darroch, huwa għandu l-appoġġ sħiħ tagħha.