L-Ambaxxatur fil-Libanu għall-Ġermanja Mustapha Adib msemmi li jkun il-Prim Ministru li jmiss għal-Libanu u qiegħed jingħata appoġġ kbir.
Il-Gvern preċendenti mmexxi minn Hassan Diab irreżenja matul dan ix-xahar fid-dawl tar-rabja li ġabet fost il-Lebaniżi l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Bejrut fil-bidu t’Awwissu li għadda.
Bħallissa l-pajjiż għaddej ukoll minn kriżi finanzjarja fejn is-sitwazzjoni ekonomika ġabet eluf ta’ persuni fil-faqar kif ukoll qed tqanqal protesti kbar kontra l-Gvern.
Mustapha Adib ilu jservi bħala Ambaxxatur għall-Ġermanja fil-Libanu għal dan l-aħħar seba’ snin.