Franza talbet lill-Ambaxxatur tagħha fit-Turikja biex jirritorna Franza għal konsultazzjonijiet hekk kif il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan insulta lill-President Franċiż Emmanuel Macron.
Erdogan qal li Macron għandu bżonn trattament mediku għas-saħħa mentali. Huwa għamel dawn ir-rimarki wara li Macron wiegħed li se jiddenfendi l-valuri sekulari u li se jiġġieled l-Iżlam radikali fi Franza.
Il-President Franċiż kien qed jitkellem dwar il-każ li seħħ riċenti f’Pariġi, tal-għalliem li nqatel wara li wera karikatura tal-Profeta Muhammad lill-istudenti tiegħu, f’lezzjoni dwar il-libertà tal-espressjoni.
L-istat qal li t-trażżin fil-libertà tal-espressjoni biex tipproteġi s-sentimenti ta’ komunità partikolari jdgħajjef l-għaqda fil-pajjiż.