Is-Sinjura Başak Türkoğlu ppreżentat il-kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca illum fil-Palazz, fil-Belt Valletta.
Waqt iċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta u l-Ambaxxatriċi ġdida tkellmu dwar ir-relazzjonijiert bilaterali.
L-aħħar kredenzjali li ppreżentat kien f’November tal-2014 fil-Kuala Lumpur bħala ambaxxatriċi Torka fil-Malasja.
Fl-isrtess ċerimonja, ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom il-kummissarju għoli Indjan Rajesh Vaishnaw li huwa ggradwat fl-Inġinerija elettrika kif ukoll l-ambaxxatriċi tal-Eġittu Nada Druz li tispeċjalizza fid-drittijiet umani, negozjati internazzjonali u drittijiet tan-nisa u tmexxija fil-Mediterran.