Fi stqarrija l-Ministeru għall-Afarrijiet Barranin ikkonferma li l-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma tinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet Taljani u ma jidhirx li hemm Maltin fost il-vittmi jew midruba fl-inċident li seħħ f’Puglia.
Mill-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom u numru ieħor weġġgħu wara li lbieraħ filgħodu żewġ ferroviji ħabtu fin-naħa t’isfel tal-Italja .
Il-ħabta seħħet fuq binarju wieħed li jgħaddi minn ġo medda art bis-siġr taż-żebbuġ bejn il-bliet ta’ Corato u Andria fil-Puglia. Iż-żewġ ferroviji kienu jikkonsistu f’erba’ vaguni.
Maltin li jixtiequ jkunu jafu aktar informazzjoni dwar dan l-inċident jistgħu jikkuntattjaw l-Ambaxxata fuq in-numru tal-emerġenza +39 348 241 2437 għal aktar għajnuna.