L-Ambaxxata Franċiża f’Malta ġabret fondi biex tgħin lil Victim Support Malta, li taħdem viċin vittmi ta’ vjolenza domestika.
L-Ambaxxatriċi Franċiża Béatrice le Fraper du Hellen, ippreżentat is-somma ta’ €1,300, bil-ħsieb li tgħin lil din l-għaqda mhux governattiva fl-ispejjeż li taffaċċja ta’ kuljum waqt li tgħin ma’ individwi li jeħtieġu s-servizzi partikolari.
Preżenti kien hemm il-Ministru għall-Familja, drittijiet tat-tfal u solidarjetà soċjali Michael Falzon li laqa’ din l-inizjattiva u faħħar il-komunità Franċiża f’Malta għal dan il-ġest.