Wara laqgħa ta’ madwar sagħtejn, l-AirMalta u l-ALPA (l-unjin tal-bdoti) ma laħqux ftehim dwar punti importanti, fosthom il-kundizzjonijiet tal-bdoti u dwar kemm bdoti huma meħtieġa għall-operat tal-AirMalta.
Nhar il-Ġimgħa l-Qorti ssospendiet s-smigħ tal-kawża dwar il-mandat ta’ inibizzjoni mressaq mill-Air Malta kontra l-ALPA, biex din tal-aħħar ma tagħmilx azzjoni industrijali. Quddiem l-Imħallef Silvio Meli, l-avukat tal-Air Malta stqarr li l-bdoti għandhom d-dritt ta’ strike, iżda mhemmx dubju li t-theddida t’ azzjoni industrijali, anka jekk parzjali, tista tipperikola l-eżistenza tal-kumpanija.
Għalhekk, qal li sar rikors għaliex f’ dan il-punt sensittiv, l-għan ewlieni tal-Airmalta hi li tipproteġi l-impjieg tal-ħaddiema kollha tagħha. Irrefera għad-‘dress down’ li għamlu l-bdoti fil-jiem li għaddew u spjega kif minkejja lil s’issa mhemmx tilwima industrijali, l-Alpa tat awtorizazzjoni biex teskala l-azzjoni industrijali.
Aqra l-istqarrija tal-ALPA hawn:
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/07/Stqarrija-ghall-Istampa-ALPA-AirMalta-27.07.2016-1.pdf”]