Dalgħodu l-qorti qed tisma’ l-verzjonijiet tal-Alpa, l-Unjin tal-bdoti u tal-Air Malta biex tiddeċiedi jekk jinħariġx il-mandatt ta’ inbizzjoni li talbet il-linja nazzjonali tal-ajru l-ġimgħa li għaddiet.
Quddiem l-Imħallef Silvio Meli, l-avukat tal-Air Malta stqarr li l-bdoti għandhom d-dritt ta’ strike, iżda mhemmx dubju li t-theddida t’ azzjoni industrijali, anka jekk parzjali, tista tipperikola l-eżistenza tal-kumpanija. Għalhekk, qal li dan ir-rikors sar għaliex f’ dan il-punt sensittiv, l-għan ewlieni tal-Airmalta hi li tipproteġi l-impjieg tal-ħaddiema kollha tagħha. Irrefera għad-‘dress down’ li għamlu l-bdoti fil-jiem li għaddew u spjega kif minkejja lil s’issa mhemmx tilwima industrijali, l-Alpa tat awtorizazzjoni biex teskala l-azzjoni industrijali.