Dan ġara llum wara nofsinhar bla mistenni fejn l-ALPA tat istruzzjonijiet lill-membri tagħda biex ma jiġux operati titjiriet bl-aircraft il-ġdid tal-Air Malta 9H-AHS.
Din se tiswa lill-Air Malta €180,000. L-Air Malta saħqet li din l-azzjoni kienet intenzjonata li tħassar il-vaganzi ta’ bosta Maltin u turisti qabel long weekend.
Dan kollu ġara ftit xhur biss wara li ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid.
Il-linja nazzjonali kkundannat din l-azzjoni u ħeġġet lill-passiġġieri jżommu kuntatt u aġġornament permezz tas-sit http://www.airmalta.com
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.