L-Air Malta qalet li l-unjin tal-bdoti l-ALPA, irrifjutat offerta li kienet se tassigura x-xogħol ta’ tlieta u ħamsin bdot li għadhom impjegati mal-linja nazzjonali tal-ajru u l-ingaġġ mil-ġdid tad-disgħa u sittin bdot li tkeċċew aktar qabel.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li l-offerta kienet tikkonsisti fit-tnaqqis tnaqqis fil-paga filwaqt li l-bdoti jżommu ħafna mill-prattiċi favorevoli fl-iskedar tax-xogħol tagħhom fi żmien fejn il-linja tal-ajru qed taffaċċja sfidi bħal kull linja tal-ajru oħra minħabba l-imxija.
L-Air Malta spjegat li l-offerta kienet tinkludi tnaqqis ta’ 20% fil-pagi tal-bdoti li għadhom jaħdmu mal-Air Malta u tnaqqis ta’ 50% fil-pagi tal-bdoti li tkeċċew u li kienu jerġgħu jidħlu jaħdmu mal-linja nazzjonali tal-ajru.
L-Air Malta qalet li f’April ta’ sentejn oħra, dawn il-bdoti kienu se jaraw il-paga tagħhom titla’ għal 90% tad-dħul li kellhom oriġinarjament u jibdew jirċievu d-dħul sħiħ f’April tas-sena ta’ wara.
L-Air Malta qalet li fl-ebda mument ma kienet se tmiss l-allowances tal-bdoti.
L-Air Malta talbet ukoll li titneħħa l-iskema tal-irtirar kmieni għall-bdoti li kienu se jitħallsu tmien mitt elf ewro kull wieħed.
Dan apparti li l-bdoti kellhom jaċċettaw li ma jkollhomx servizz ta’ xufier biex imorru għax-xogħol