Il-mediċina Enalapril hija disponissibbli mill-Gvern bħalissa, u ilha disponibbli b’mod regolari għal diversi xhur, kuntrarju għal kummenti tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intrapriża Jason Azzopardi.
Dan ikkonfermah l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fi stqarrija, li fiha wieġeb kummenti mhux veritieri tad-Deputat Nazzjonalista.
Il-Ministeru għas-Saħħa żied ifisser il-ħidma tal-Gvern biex isolvi l-problema tal-mediċini out of stock li wiret minn Amministrazzjoni Nazzjonalista, biex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ma jerġgħux jesperjenzaw dik is-sitwazzjoni.