It-tliet persuni li ġew arrestati b’rabta mas-serqa f’ħanut fiż-Żurrieq u li ħalliet raġel ta’ 67 sena fil-periklu tal-mewt, kienu qed jistaħbew f’binja abbandunata f’Tas-Sliema.
Fi stqarrija l-Pulizija ikkonfermat dak li kien diġa’ ppubblika dan l-istazzjon, li l-allegati ħallelin huma żewġt irġiel barranin ta’ 37 u 26 sena u mara Maltija ta’ 29 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal ki ftard ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija ċċirkondat il-post u malli daħlu ġewwa, it-tliet persuni ppruvaw jaħarbu, iżda ġew arrestati mill-ewwel.
Huma qegħdin jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali l-Floriana għal aktar stħarriġ, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta magisterjali b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ara wkoll: