L-allegat vittma fil-każ tat-tliet Slovakki mixlija li ssekwestrawh u li darbuh, ma setax jiġi traċċat biex jixhed fil-Qorti.
Il-Prosekuturi infurmaw lill-Maġistrat Audrey Demicoli li l-allegat vittma jidher li ta indirizz falz lill-pulizija u kien qed jaqtalhom kull darba li ċemplulu.
Jidher li l-allegat vittma kellu d-dejn ma’ wieħed mill-akkużati u ma bediex iħallsu lura.
L-għada li ssekwestraw lir-raġel Slovakk, l-akkużat ħaduh għand nutar biex jiffirmaw dokument ta’ dejn iżda huwa mifhum li n-nutar irrifjuta li jgħinhom u f’dan il-mument il-vittma sab ix-xoqqa f’moxtha u ħarab jgħajjat għall-għajuna.
Fil-Qorti kien spjegat li bħalissa l-pulizija qed jippruvaw jintraċċaw lill-vittma filwaqt li ġew esebiti numru ta’ oġġetti fost oħrajn ingwanti, il-flokk tal-vittma u l-mowbajls tal-akkużati.