L-Imħallef Conseulo Scerri Herrera iddikjarat li Carmelo Camilleri, akkużat bil-qtil tal-Baruni Sant Cassia, mhuwiex f’kundizzjoni li jgħaddi ġuri.
Dan hekk kif il-kundizzjoni ta’ saħħa tiegħu ma tħallihx iwieġeb b’mod xieraq, għall-akkużi miġjuba kontrih.
Camilleri, li llum għandu 68 sena, jinsab mixli li spara u qatel lill-Baruni Sant Cassia, barra r-residenza Castello Zammitello, fl-Imġarr, lura fl-1988.
Huwa ġie mixli bi qtil volontarju fl-2006, u li wettaq dan il-qtil fuq istruzzjonijiet ta’ persuna terza.
Meta ġie assessjat minn psikjatra, minkejja li kellu 33 sena meta seħħ id-delitt, huwa kellu IQ ta’ madwar 50, li jfisser li moħħu kien bħal ta’ tifel bejn 9 u 12-il sena.
Camilleri, issa saħansitra jinsab f’wheelchair, u m’għandux l-abbilità li jikkomunika sew mal-Avukati tiegħu.