Is-7pm tal-bieraħ. Sar il-ħin sabiex il-Kap tal-Oppożizzjoni jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet, sabiex ikompli bil-farsa li beda biha fil-Parlament u joqgħod jiftaħ idu quddiem il-kameras u jgħid li l-Gvern ma riedx joqgħod jiddiskuti s-sensiela ġodda ta’ allegazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black li qabel qalu kienet ta’ John Dalli u issa saret ta’ businessman.
Suspense…..
Bi sfortuna għalihom, għal Delia, għal Simon Busuttil, għal Jason Azzopardi, għal kull min ilbieraħ kellu l-ardir li jitkellem, din il-konferenza stampa qatt ma kienet, għax il-Gvern ma jibżax jiddiskuti, u r-reazzjoni tal-paniku tagħhom fid-diskors li għamlu, uriet li dawn in-nies u oħrajn fl-Oppożizzjoni huma l-allat tal-ipokrezija.
Statement qawwi, vera. Iżda trid tkun ipokrita, jew miġbud minn djulek, biex bħal Adrian Delia, lbieraħ tqum fil-Parlament u titkellem. Trid tkun ipokrita biex tattakka lil Gvern għax qed jistenna l-investigazzjonijiet fuq allegazzjonijiet li tkun qed tagħmilhom ‘stat ta’ fatt’. Trid tkun aktar ipokrita jew naive politikament biex ma tindunax li dak li qed iġelgħuk tagħmel, huwa filfatt l-istess ingassa li qed idawwru m’għonqok stess! Għax fuqek ukoll hemm l-allegazzjonijiet minn min kont isejjaħ biċċa blogger! Id-differenza hija waħda, li bil-kontra ta’ min qed tallega fuqhom, qed isiru l-investigazzjonijiet, u fuqek, li qed idaħħal il-flus minn propjetà mikrija għall-prostituzzjoni, m’hemm l-ebda investigazzjoni għax ġifa!
Imbagħad wieħed irid isemmi bilfors lil Simon Busuttil. Anke nikteb ismu niddejjaq. Li kieku ma kienx ipokrita, ilbieraħ lanqas biss kellu jkun qiegħed hemm fil-Parlament, iżda jsewgi minn fuq l-istazzjon tat-TV tal-Parlament bħala ċittadin., wara kollox kif qalu jagħmel Delia wara li ħarġu l-konklużjonijiet ta’ Egrant, iżda hu le.
Ma jistħix Jerġa’ jaqbad mal-allegazzjonijiet, meta fuq allegazzjonijiet li llum nafu li huma gideb, dokumenti foloz, firem iffalsifikati, xhieda tikkontradixxi lil oħra, prova jsir Prim Ministru billi prova jfarrak lil Joseph Muscat, martu u uliedu. Imma n-nies indunaw għax jafu u jifhmu.
Li ma kienx jistħi għadu s’issa jinsisti fuq Egrant, meta l-inkjesta tikkonferma kemm huwa rikeb fuq gideb, kemm kien pijunier ta’ ħadma.
Imbagħad Jason Azzopardi. L-istess Deputat li għandu l-aktar rapporti tal-Awditur kontrih fuq il-ħniżrijiet kollha li għamel meta kien responsabbli mil-Lands, awtur ewlieni tal-gibda ċelebri Egrant u għassies tal-politika tal-ħdura. Ilbieraħ reġa’ gideb fil-Parlament għax qal li Joseph Muscat jaqla’ €5,000 kuljum. Minn fejn toħroġ? L-istess bħal m’għamel ftit jiem qabel, gideb fuq fuq it-tfal tal-Prim Ministru mingħajr mistħija għax qal li jmorru fi skola l-Ingilterra. Minn fejn ġibtha? Jason Azzopardi huwa xempju ta’ kif m’għandhomx ikunu l-politiċi: ipokriti.
L-aħħar iżda zgur mhux l-inqas, is-Sur David Casa, li qiegħed fi Brussell jaħdem kontra Malta u jfesfes fil-widnejn biex jagħtuna l-gambetti. Iżda Brussell kien allegatament megħdi wkoll jilgħab bil-fondi tal-Ewropa, tant li l-OLAF qed tinvestigah u biex ma jiddejjaqx fil-weekend, skont nies li kienu qribu ħafna, jiddelleta b’dik in-naqra ‘trab abjad’.
Dawn huma l-klikka tal-holier than thou.
Sinjuri, dawn huma l-allat tal-ipokresija.