Il-linja nazzjonali tal-ajru Taljana Alitalia mistennija tagħlaq darba għal dejjem u ħassret kull titjira skedata wara l-ħmistax t’Ottubru li ġej.
Il-linja tal-ajru ilha bil-problemi finanzjarji u falluta.
Erba’ snin ilu spiċċat f’idejn il-Gvern Taljan iżda l-kumpanija tal-ajru ħadet id-daqqa tal-mewt bil-pandemija.
L-Alitalia tħaddem mal-għaxart elef ħaddiem u l-futur tagħhom huwa inċert.
Min qata’ biljetti mal-linja tal-ajru wara d-data msemmija aktar qabel jistgħu jirċievu rifużjoni f’ċertu każijiet.
Dan hekk kif il-Gvern ħoloq fond ta’ mitt miljun ewro biex il-linja tal-ajru trodd il-flus li nefqu n-nies biex jirċievu servizz mil-linja tal-ajru.