Il-bastiment Alan Kurdi appella lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż biex jieħu r-reponsabbiltà ta’ mija u ħamsin immigrant.
L-Alan Kurdi, li jtajjar il-bandiera Ġermaniża, qal li l-Gvern Federali Ġermaniż irripatrija b’suċċess 200,000 ċittadin li kienu barra l-pajjiż.
Għaldaqstant appella biex jaġixxi b’mod uman u jevakwa lil dawn il-150 persuna li jinsabu bejn sema u ilma.