Il-Parroċċi tan-Naxxar u l-Mosta jmissu ma’ xulxin; tant li fil-passat il-Mosta propju ħarġet min-Naxxar fis-sena 1608.
Iż-żewġ parroċċi jiċċelebraw il-Ġimgħa l-Kbira bil-purċissjoni tradizzjonali li jiġbdu bosta ammiraturi mhux biss reliġjożament iżda wkoll kulturalment.
Tan-Naxxar sar fl-1882 xogħol l-iskutru Pawlu Bugeja. Fil-kantunieri nħadmu 4 anġli attribwiti lil Karlu Darmanin iżda x’aktarx li saru minn Kalċidon Mangion bil-forom ta’ Darmanin.
Tal-Mosta sar fl-1924 minn Wistin Camilleri u x-xogħol tal-bellus minn Antonio Agius. Dan fih 8 anġli u jitmexxa fuq ir-roti.
Huma żewġ monumenti rikki mmens f’dik li hija artistrija.
Ritratti: Mosta u Naxxar