Sal-aħħar ta’ Settembru ngħataw kważi 860,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan intqal fi tweġiba parlamentar li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne
Id-Deputat Prim Ministru spjega kif;
547,531 doża tal-vaċċin li ngħataw kienu tal-Pfizer;
233,384 doża tal-vaċċin kienu tal-AstraZeneca;
43,412-il doża tal-vaċċin kienu tal-Moderna;
33,923 doża tal-vaċċin kienu tal-Johnson & Johnson.
F’dan l-ammont hemm ukoll id-dożi addizzjonali li bdew jingħataw ix-xahar li għadda.
Fi twieġiba parlamentari oħra, Chris Fearne qal li ma nħela l-ebda vaċċin għal kontra l-Covid-19 għax skadew.
Id-Deputat Prim Ministru ħabbar ukoll kif bħalissa qed issir ħidma sabiex jingħataw 30,000 doża tal-vaċċin lill-Eġittu.
Dan wara li pajjiżna kien ta 40,000 doża tal-vaċċin lil-Libja.