Medja ta’ 137 mara madwar id-dinja huma fil-periklu li jinqatlu mis-sieħeb jew membru tal-familja tagħhom kuljum. Informazzjoni ġdida maħruġa mill-Uffiċċju tal-Krimintalità tal-Ġnus Magħquda, il-UNODC, ikkonfermat ukoll li l-aktar post fejn in-nisa huma f’riskju li jinqatlu huma f’darhom stess.
Jidher li aktar minn nofs it-87,000 tan-nisa li nqatlu fl-2017, inqatlu minn persuna viċin tagħhom. L-istess informazzjoni tgħid ukoll li 30,000 mara inqatlu mis-sieħeb, u 20,000 inqatlu minn xi qarib.
Il-UNODC jgħid ukoll li l-irġiel huma erba’ darbiet aktar f’riskju li jitilfu ħajjithom bi qtil intenzjonat min-nisa, tant, li tmienja minn kull għaxart irġiel fid-dinja huma vittmi ta’ qtil mis-sieħba.