Il-ħarifa li għaddiet, jiġifieri dik ta’ bejn Settembru u Novembru li għadda kienet l-aktar waħda li fiha niżlet xita mill-elf disa’ mija disgħa u disgħin.
Dan hekk kif f’dawn it-tliet xhur tkejlu aktar minn erba’ mija tlieta u sebgħin millimetru ta’ xita.
Dan l-istaġun beda kemxejn kwiet fir-rigward tax-xita, hekk kif f’Settembru niżel anqas minn terz tax-xita mistennija f’dan ix-xahar.
Iżda imbagħad Ottubru u Novembru patta għal Settembru, hekk kif dawn raw aktar xita mill-medja. Fil-fatt f’dawn ix-xahrejn niżlu kważi erba’ mitt millimetru ta’ xita.
F’dan l-istaġun ġew irrappurtati sbatax-il maltempata bir-ragħad, bl-aktar b’saħħithom kienu dawk tal-25 t’Ottubru u l-25 ta’ Novembru.
F’dawn il-jumejn ġew imkejla mija tnejn u għoxrin millimetru ta’ xita.
It-temperatura tal-arja medja għax-xahar ta’ Novembru kienet ta’ ftit aktar minn tmintax-il gradi celcius.
Iżda kif żdied ir-riħ, it-temp kesaħ, bit-temparatura tal-arja waqgħet sa ftit anqas minn għaxar gradi celcius.
L-aktar temperatura sħuna f’dan il-perjodu kienet ta’ erbgħa u tletin gradi celcius.
Fil-fatt, f’dan il-perjodu ġew rreġistrati ta’ ħames mija u ħamsa u sebgħin siegħa ta’ xemx.